Uffiċjali Maltin u Taljani għal quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali?

  • Ġun 16, 2019 20:16
  • Miktub minn iNews
"

    L-għarqiet ta’ immigranti fil-Mediterran flimkien mal-allegazzjoni ta’ pjan ta’ deterrent mill-Unjoni Ewrorpa li jkunu sagrifikati l-ħajjiet ta’ immigranti bl-għan aħħari ikun li dak li  iżommu lura immigranti oħra milli jaqsmu lejn l-Ewropa, huma parti minn sottomissjoni legali dettaljata ħafna, li tressqet quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC).  Din is-sottomissjoni ta’ 250 paġna, hi mmirata lejn dawk il-pajjiżi li huma involuti direttament fil-politika li kienet tfasslet fil-kriżi tar-refuġjati u anke għal dawk li jwettqu s-salvataġġi.  L-akkuża prinċipali tas-sottomissjoni hi dik li allegatament politiċi Ewropej kienu jafu li bil-politika li kienu qed ifasslu kien qd joħolqu  l-akbar rotta qattiela fil-Mediterran. 

    Din is-sottomissjoni se tkun qed titlob li jittieħdu proċeduri fil-konfront ta’ l-Unjoni Ewropea u uffiċjali anke fi stati membri, dwar imwiet ta’ immigranti.  Inewsmalta għamlet kuntatt mal-Ministeru tal-Intern dwar kif dan il-każ jista’ jaffettwa lil pajjiżna. Il-Ministeru qalilna li “inħallu l-Qorti Kriminali Internazzjonali tiddeċiedi”. 

    Inewsmalta għamlet kuntatt ma’ l-avukat  li ressaq din is-sottomissjoni Omer Shatz. Hu qalilna li “l-Qorti Kriminali Internazzjonali għandha ġurisdizzjoni li tipproċedi  kontra individwi u mhux kontra stati.  Aħna ipprovdejna evidenza li turi l-involviment ta’ uffiċjali ta’ Istati Membri u anke uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi krimini li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ din il-qorti.”

    Mistoqsi  dwar jekk uffiċjali f’Malta u fl-Italja jistgħux jispiċċaw quddiem din il-Qorti hu qalilna li “jien naħseb li uffiċjali f’Malta u anke fl-Italja, għandhom u se jkunu affettwati. Kull wieħed skont ir-responsabbilità li kellu”.

    L-avukat Shatz meta mistoqsi jekk hux qed jistennew passi kriminali kontra uffiċjali tal-Frontex, qalilna li ‘dan hu dak li qed nimmiraw għalih. Il-każ legali hu b’saħħtu ħafna u anke pjuttost konservattiv. L-isfida hi waħda politika”. 

    Dan il-każ ressaq minn Juan Branco , li għal xi żmien ħadem mal-ICC u mill-Avukat Omer Shatz, li hu parti mill-Università Sciences Po f’Pariġi.

    L-akkużi li qed isiru fis-sottomissjoni legali hi dik ta’ krimini kontra l-umanità. Is-sottomissjoni tgħid li uffiċjali fl-Unjoni Ewropa riedu jtemmu l-operazzjoni Mare Nostum biex allegatament inaqqsu  l-ammont ta’ vjaġġi u anke l-imwiet. Dan iżda ma seħħx għax il-vjaġġi ma naqsu waqt li l-imwiet żdiedu bi 30 darba.  L-istess sottomissjoni tgħid li uffiċjali Ewropej kienu jafu li l-operazzjoni Triton, li ġiet wara Mare Nostrum, ma kinitx adekwata.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0