$454 miljun mibgħutin minn Malta minn ħaddiema barranin…sirna nixbħu lil aktar pajjiżi sinjuri Ewropej

  • Ġun 16, 2019 19:43
  • Miktub minn Victor Vella
"

    L-ammont ta’ ħaddiema barranin li għandna f’pajjiżna wassal biex matul is-sena li għaddiet minn Malta nħarġu $454 miljun.  Dawn huma flus li ħaddiema barranin li jaħdmu hawn jibagħtu lil qrabathom fil-pajjiż li minnu jkunu ġew.  Il-flus li intbagħtu minn Malta lejn pajjiżi barranin hu kważi id-doppju tal-flus li intbagħtu minn Maltin f’pajjiżi barranin lejn Malta fejn l-ammont hu ta’ $262 miljun. Quddiem dan ix-xenarju, jekk iqabbel dak li qed jiġri f’Malta mal-bqija tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, wieħed isib li Malta saret tixbaħ pajjiżi bħal Ġemanja, l-Iżvizzera, il-Lussemburgu, l-Awstrija u r-Renju Unit fejn aktar jintbagħtu flus il-barra milli jiġu minn pajjiżi oħra.

    Filfatt jekk naraw x’qed jiġri f’pajjiżi oħra naraw li fir-Renju Unit l-ammont ta’ flus li ntbagħtu l-barra kien ta’ $9.7 biljun, waqt li dawk li daħlu fir-Renju Unit kien ta’ $4.4 biljun.  Jekk nieħdu l-Lussemburgu naraw li l-flus li ntbagħtu ‘l barra kienu ta’ $12.7 biljun waqt li dawk li daħlu kienu ta’ $1.7 biljun.  Fil-Ġermanja, l-ammont ta’ flus li ntbagħtu ‘l barra kien ta’ $22.1 biljun waqt li dawk li daħlu kien ta’ $16.8 biljun.  Fil-każ tal-Iżvizzera naraw li intbagħtu ‘l bara $26.6 biljun, waqt li daħlu $2.5 biljun. Fl-Awstrija intbagħtu l-barra $5.5 biljun, waqt li daħlu $3 biljuni. Il-Ġreċja l-ammont mibgħut l-barra kien ta’ $2.1 biljun waqt li daħlu $401 miljun. Jekk nieħdu l-Olanda naraw li intbagħtu $11.4 biljun, waqt li daħlu $2.3 biljun.

    Pajjiżi bħal Franza, l-Italja, Spanja, l-Belġju, l-Portugal, l-Ungerija, ir-Rumanija, is-Slovakkja ir-Rpubblika Ċeka u l-Polonja fost oħrajn kollha  jirċievu aktar flus f’pagi minn pajjiżi barranin milli jinbagħtu lejn pajjiżi barranin. 

    Iwieġeb l-Ministru Edward Scicluna

    Mistoqsi dwar dan il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qalilna li “bin-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu f’pajjiżna u li b’hekk jibagħtu parti mill-paga tagħhom lil qrabathom 

    Malta saret tixbaħ lill-Ingilterra, il-Ġermanja, l-Iżvizzera u l-Lussemburgu. Fil-passat minn wara l-gwerra għal madwar 25 sena Malta gawdiet f’addizzjoni ta’ dħul finanzjarju mibgħut lill-familji mingħand l-emigranti barra minn Malta. Illum Il-folja nqalbet tant li qed nibagħtu d-doppju ta’ dak li għadna nirċievu minn barra.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0