Il-PN fi kriżi finanzjarja... Id-donazzjonijiet jonqsu bin-nofs

  • Ġun 16, 2019 18:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kriżi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista m’hijiex biss ta’ tmexxija u fazzjonijiet differenti imma anke waħda finanzjarja wara li fl-aħħar xhur inqas u inqas nies għażlu li jgħinu lill-Partit Nazzjonalista bid-donazzjonijiet tagħhom.  

    Fil-fatt, fl-2018 il-Partit Nazzjonalista iffaċja tnaqqis ta’ €1.8 miljun  mid-donazzjonijiet li kien irċieva mingħand in-nies fis-sena ta’ qabel. Iċ-ċifri juru li, filwaqt li fl-2017 il-Partit Nazzjonalista kien irċieva €3.4 miljun f’donazzjonijiet, is-sena li għaddiet l-istess partit fl-Oppożizzjoni daħħal €1.6 miljun, jiġifieri tnaqqis ta’ 47%. 

    Dan it-tagħrif ingħata fir-rapport annwali tal-Kummissjoni Elettorali li, b’konformità mal-liġi tal-finanzjament tal-partiti politiċi, informat lill-pubbliku kif il-partiti politiċi ffinanzjaw ruħhom fis-sena 2018.  

    Filwaqt li huwa naturali li fl-2017 id-donazzjonijiet lejn il-partit politiċi kienu għola minn snin oħra għaliex seħħet elezzjoni ġenerali, fl-2018 il-Partit Laburista rnexxilu xorta jiġbor 69% ta’ dak li kien ġabar fl-2017 u kien biss il-Partit Nazzjonalista li naqqas b’aktar min-nofs. 

    Meta wieħed iqis li fl-2017 id-donazzjonijiet kienu jiffurmaw 82% tad-dħul kollu tal-Partit Nazzjonalista, huwa evidenti it-tnaqqis drastiku fl-2018 se jkollu riperkussjonijiet serji. Sorsi fil-Partit Nazzjonalista qalu lit-TORĊA li “minkejja li fl-2017 daħħalna aktar minn €3 miljuni f’donazzjonijiet xorta spiċċjajna b’deficit finanzjarju ta’ kważi miljun ewro. Aħseb u ara issa li naqqasna dan id-dħul bin-nofs!”. 

    Dawn is-sorsi qalulna li din is-sitwazzjoni mwergħa mistennija twassal għal żieda oħra fid-dejn tal-Partit Nazzjonalista. Il-kontijiet mhux imħallsa fl-2017 kienu diġa jlaħħqu l-€10 miljuni, ċifra deskritta bħala għal kollox insostennibbli minn analisti finanzjarji. Fil-fatt, fis-sena tal-elezzjoni ġenerali, il-Partit Nazzjonalista kien diġa jħallas f’imgħaxijiet fuq id-dejn ammont li kważi jlaħħaq in-nefqa f’pagi għall-imjegati tiegħu. 

    Attivist tal-Partit Nazzjonalista fil-Belt Valletta qalilna li “f’kuntest tat-tnaqqis drastiku fl-ammont ta’ donazzjonijiet li rċieva, ma tridx tkun wisq intelliġenti biex tinduna li issa d-dejn tal-Partit Nazzjonalista se jisplodi iktar ‘il fuq u tkompli tiżdied il-pressjoni biex il-Partit ibiegħ l-assi tiegħu inkluż każini u propjetajiet li fadallu.

    Intant, filwaqt li fl-2018 daħħal €1.4 miljuni f’donazzjonijiet mingħand in-nies, fl-2017 il-Partit Laburista kien irċieva €2 miljuni f’donazzjonijiet u kien irreġistra surplus ta’ kważi €1 miljun. Analisti finanzjarji jfissru dan ir-rendikont bħala xhieda ta’ spiża ferm aktar moderata u iktar għaqal fl-immaniġjar tal-finanzi mill-Partit Laburista.

    Fi ftit ġimgħat il-Kummissjoni Elettorali mistennija tippublika l-kontijiet pubbliċi tal-partit politiċi għall-2018.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0