Filippini megħjuna mill-GWU biex jintegraw

  • Ġun 16, 2019 16:48
  • Miktub minn iNews
"

    Numru ta' Filippini li jgħixu fostna nġabru flimkien fit-teatru tal-Workers' Memorial Building biex waqt li jiċċelebraw il-121 sena mill-Indipendenza ta' pajjiżhom jiltaqgħu ma' Maltin interessati dwar il-kultura tagħhom.

    Huma għamlu dan permezz ta' mużika, żfin u anke ikel f'attività li għaliha attendew ukoll numru ta' Maltin inkluż dawk li miżżewġin jew f'relazzjoni ma' persuni minn dan il-pajjiż.

    Filippini li tkellmu ma' dan il-ġurnal esprimew il-gratitudni tagħhom għall-fatt li l-GWU mhux biss qed tiddefendi l-interessi ta' ħaddiema minn pajjiżhom li jaħdmu Malta imma anke fetħitilhom il-bibien tagħha lilhinn mill-aspett trejudjonistiku.

    Il-kommunita Filippina f'Malta tgħodd madwar 4,000 persuna li ħafna minnhom jaħdmu f'diversi setturi fosthom fil-kura, saħħa, tindif, fabbriki, lukandi u anke f'setturi bħall-'accountancy'.

    Kenny Muscat, Segretarju tat-Taqsima Ospitalita u Ikel tal-GWU, spjega lil dan il-ġurnal kif l-unjin għandha madwar 1,200 membru mill-Filippini li jaħdu f'diversi oqsma.

    Huwa spjega kif il-ħidma bejn il-GWU u l-kommunita Filippina bdiet madwar sentejn u nofs ilu meta xi ħaddiema avviċinawha biex tgħinhom fi kwistjoni li kellhom fuq il-post tax-xogħol.

    Minn hemm iż-żewġ naħat saħħew il-ħidma ta' bejniethom bl-unjin mhux biss qed tgħinhom fuq kwistjonijiet relatati max-xogħol imma anke biex jintegraw aħjar.

    Muscat semma kif bħalissa waħda mill-ikbar sfidi li qed jiffaċċjaw hija l-permessi u l-burokrazija li jridu jgħaddu minnha sena wara oħra diversi Filippini li jaħdmu fostna.

    Ritratti Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0