“Is-sospensjoni se jtawlu l-kuntratti... u din hi tbatija fuq il-koppji xerrejja u min ibiegħ'’ - kuntratturi u aġenti tal-proprjetà

  • Ġun 16, 2019 13:05
  • Miktub minn Victor Vella
"

    “Min se jbati bis-sospensjoni f’permessi għal skavar u twaqqiegħ ta’ bini?  Taħseb li huma l-kuntratturi l-aktar  li se jintlaqtu ħażin? Sejrin żbaljati. Dawk l-aktar li se jbatu minn dan il-‘kastig kollettiv’ huma l-koppji xerrejja li għadhom qed jibdew id-dinja u li xtraw djar fuq il-pjanti biex jiffankaw xi spejjeż. Din is-sospensjoni mhi se tagħmel xejn għajr li se tagħti lok għal skuża biex jittawwlu l-kuntratt. Fatt li minħabba fiħ se jbatu dawn il-koppji”.

    Dan sostnieh  kuntrattur u aġent ewlieni tal-proprjetà li kkummentaw ma’ IT-TORĊA dwar id-deċiżjoni li ttieħdet mill-gvern, jiġifieri li jiġu sospiża il-permessi ta’ twaqqiegħ u skavar b’mod temporanju.

    L-aġent li tkellem qalilna li “ħafna mix-xogħol jinbiegħ fuq il-pjanta fir-rigward ta’ blokok. Ħafna drabi jkun bilkemm għadhom ħarġu l-permessi jew appena ħarġu. Kif joħroġ il-permess bosta koppji biex ikun jistgħu jixtru bi prezz affordabbli u gieli anki jfaddlu iktar għax lanqas ikollhom l-10%, jintrabtu fuq konvenju u ġeneralment kif jagħmlu dan il-pass jaqbdu jħejju għad-data tat-tieġ.Diġa għandna problema li bosta koppji ma jippreparawhomx bil-fatti veri u jgħidulhom li ser ilesti f’sena u nofs u jġebbdu sentejn u sentejn u nofs.Issa din ta’ l-iskavar se tkun l-iskuża prinċipali għal dewmien itwal.”

    L-istess aġent qalilna li “diġa għandna koppji li meta jixtru fuq pjanta japplikaw għal ‘sanction letter’ u l-banek jitolbu li jekk il-kuntratt ma jsirx fi żmien sena jaqbdu jeħlu ċ-‘charges’. Fil-verità dejjem jeħlu ċ-‘charges’, (dawn huma spejjeż moħbijin) li għal koppja li għadhom jibdew id-dinja huma spejjeż żejda bla bżonn.Bid-deċżjoni li jieqfu l-permessi ta’ l-iskavar, li se jiġri hu li se jispiċċaw jittawwlu l-kuntratti.U min se jbati? Se jkunu x-xerrejja u min ibiegħ il-proprjetà għax indumu iktar ma nitħallsu ta’ xogħlna peress li nitħallsu fuq il-kuntratt.”

    Wara s-sospensjoni… Ix-xogħol se jkun mgħaġġel aktar

    Kuntrattur li tkellem magħna qalilna li ‘mal-ħażin weħel it-tajjeb. Mela aħna investejna f’makkinarju ġdid u naħdmu skont il-liġi u minħabba min jabbuża aħna twaqqafna ukoll. Issa irħilu li aħna ma ħdimniex, imma ma’ Malta kollha kellha ħafna kuntatturi oħra, li jiġu jaqgħu u jqumu min kulħadd li baqgħu għaddejjin bix-xogħol. Hi ovvja li wara li tgħaddi s-sospensjoni, ix-xogħol se jkollu bilfors jieħu rankatura. Ħafna xogħol, li diġa qed b’lura, se jkompli jaqa’ lura. Li nara hu li wara li titneħħa s-sospensjoni ix-xogħol se jkun aktar mgħaġġel u dan b’riskji ġodda. Nittama biss li jien żbaljat”, qalilna l-kuntattur. 

    Enfasizza li “ngħid li “l-problema fis-settur illum saret kbira. Il-periti ippakkjati bix-xogħlijiet, u l-kuntratturi mifqugħin.  Għandna siti miftuħin u dawn ikunu kommessi ma’ ċerti dati tal klijenti wara li diġa jkunu qed jaqgħu lura.Fl-għaġġla tax-xogħol il-kuntrattur jekk jara li l-perit ma rrispondiehx jew mhux disponibbli jaqbad u jieħu d-deċiżjoni biex ma jżommx il-ħaddiema weqfin għax dan ikun qed iħallas il-pagi. Illum kif ġie is-suq , l-ikbar dilettanti daħlu ġol-boom fis-suq tal-proprjetà. Illum tifel għadu jibda ukoll jidħol fl-iżvilupp, jekk mhux waħdu ma’ skwadra oħra.Nemmen li għal din il-boom fil-proprjetà  ma kellnhiex professjonisti biżżejjed għax ġrat wisq f’qasir żmien. Hi problema ssib nies li verament kapaċi jaħdmu fis-settur.”

    Jgħidilna li “s-soluzzjoni li nara hi infurzar u spezzjonijiet. Minn naħa l-oħra ma nistgħux nistaġnaw is-suq”.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0