Tmut dik li kienet meqjusa bħala l-isbaħ mara fix-xena tal-poker x'aktarx b'xokk elettriku fil-kamra tal-banju

  • Ġun 16, 2019 08:56
  • Miktub minn iNews
"

    Tħabbret il-mewt ta’ dik li kienet meqjusa minn bosta bħala l-isbaħ mara fix-xena tal-poker.

    Skont rapport imxandar fil-midja Taljana jidher li Liliya Novikova mietet f’inċident sfortunat wara xokk elettriku x’aktarx ikkawżat mill-hairdryer fil-kamra tal-banju.

    Novikova nstabet bla ħajja fil-banju tar-residenza tagħha f’Moska minn wieħed mill-ġirien tagħha wara li dan kien ikkuntattjat mill-ġenituri li tħassbu ħażin wara li ma rnexxielhomx jagħmlu kuntatt ma’ binthom.

    It-tfajla kienet gradwata iżda kisbet il-fama tagħha wara li ġiet innutata il-kapaċità tagħha fil-poker u anke minħabba s-sbuħija tagħha.

    Illum kellha tiċċelebra għeluq sninha u kellha mħejji festin mill-aqwa, iżda dan kollu tar mar-riħ mal-aħbar li ħasdet lil bosta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0