28 persuna, fosthom persuni ċivili, jinqatlu f'attakki mill-ajru mir-Russja fis-Sirja

  • Ġun 15, 2019 09:44
  • Miktub minn iNews
"

    Attakki mill-ajru mwettqin mill-qawwiet Sirjani u dawk Russi ħallew mill-inqas 28 persuna mejtin, fosthom seba’ persuni ċivili. L-attakki twettqu fil-Majjistral tas-Sirja, żona li għadha kkarratterizzata minn kunflitt bejn il-qawwiet governattivi u r-ribelli. L-attakk kien ikkonfermat mill-Osservatorju Sirjan għad-Drittijiet tal-Bniedem, minkejja l-ftehim għal waqfien mill-ġlied li kien tħabbar minn Moska.

    Il-persuni ċivili nqatlu f’attakki mill-ajru mwettqin mill-qawwiet Sirjani fil-provinċji ta’ Idlib u Hama.

    Ir-reġjun ta’ idlib suppost huwa protett minn żona newtrali wara ftehim li kien iffirmat f’Settembru li għadda bejn ir-Russja u t-Turkija. madankollu dan qatt ma kien implimentat fis-sħiħ hekk kif militanti rrifjutaw li jirtiraw miż-żona demilitarizzata ppjanata.

    Intant l-Osservatorju qed jisħaq li aktar minn 360 persuna ċivili mietu wara li r-reġim Sirjan u r-Russja żiedu l-intensità tal-attakki tagħhom f’dan ir-reġjun.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0