Raġel arrestat b’rabta mal-attakki mdemmija fi Sri Lanka fl-Għid

  • Ġun 14, 2019 15:35
  • Miktub minn iNews
"

    Investigaturi ta’ kontra t-terroriżmu fl-Indja waslu għall-arrest ta’ raġel li allegatament kellu konnessjoni mal-attakki suwiċida li seħħew fi Sri Lanka fl-Għid il-Kbir. 

    L-investigaturi qalu li Mohammad Azharuddin ta’ 32 sena, kien ħabib fuq Facebook ma’ Zahran Hashim li allegatament huwa l-kap taċ-ċirku li wettaq dawn l-attakki. Il-grupp, li jsejjaħ lilu nnifsu bħala l-Istat Iżlamiku, kien refa’ r-responsabbiltà ta’ dan l-attakk.

    Dan l-arrest seħħ wara għadd ta’ rejds li saru f’Coimbatore, li tinsab fin-Nofsinhar tal-Indja, post fejn allegatament hemm ċellola tal-militanti tal-Istat Iżlamiku.

    L-attakki bil-bombi fi Sri Lanka ħallew iktar minn 250 persuna mejta waqt li kien hemm madwar 500 oħra li sofrew ġrieħi. 

    L-Aġenzija Nazzjonali Investigattiva tal-Indja qalet li kien hemm ħames peruni oħrajn li qegħdin jinżammu għal iktar stħarriġ. 

    It-tħassib li qegħdin jo­­-     ħ­olqu dawn iċ-ċelloli ta’ militanti tal-Istat Iżlamiku tista’ tgħid li qiegħed mifrux mad-dinja kollu. Dan seħħ wara li aktar kmieni din is-sena l-forzi appoġġjati mill-Istati Uniti keċċew lil dawn il-militanti minn dak li huma kienu jsejħulu kalifat fis-Sirja u l-Iraq. 

    Min-naħa tagħhom l-awtoritajiet ta’ Sri Lanka ċaħdu rapporti li kienu qed jgħidu li huma naqsu milli jaġixxu fuq twissijiet li sarulhom mill-Istati Uniti u anke mill-Indja dwar il-possibbiltà imminenti ta’ attakk terroristiku. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0