Tħassib serju dwar l-ebola fil-Kongo

  • Ġun 14, 2019 14:50
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kap ta’ għaqda ta’ riċerka medika karitattiva qal li l-aħħar tifqigħa tal-Ebola fiċ-ċentru tal-Afrika hija “tassew tal-biża’”.

    Huwa mifhum li 1,400 persuna tilfu ħajjithom minn Awwissu ’l hawn kawża ta’ din il-marda kerha fir-Repubblika Demokratika tal-Kon­go. 

    Dr Jeremy Farrar, li huwa d-direttur ta’ Welcome Trust, qal li fil-preżent din l-epidemija tinsab fl-agħar livelli mill-perjodu 2013-16 ’il ha­wn. Farrar tenna li jidher li l-epidemija mhix qiegħda tnaqqas mis-saħħa tagħha. 

    Is-sitwazzjoni f’din il-parti tal-Afrika qiegħda tikkomplika ruħha hekk kif kien hemm żewġ persuni li mietu wara li ġew infettati b’dan il-vajrus fl-Uganda, pajjiż ġar tal-Kongo. Dawn kienu l-ewwel żewġ każijiet ta’ Ebola f’dan il-pajjiż. Il-vittmi fl-Uganda kienu tifel ta’ ħames snin u mara ta’ 50 sena. Apparti hekk, il-gvern tal-Uganda rrapporta li hemm minn tal-inqas sitt każijiet ta’ persuni li aktarx qegħdin iġorru dan il-vajrus. 

    Meta t-tabib Farrar kien mistoqsi dwar dawn l-aħħar każijiet huwa qal li din hija xi ħaġa traġika u sfortunata iżda fl-istess waqt mhix sorpriża. 

    Huwa wissa li mistennija li jkun hemm ħafna iktar każijiet bħal dawn u qal li hemm bżonn ta’ azzjoni nazz­jonali u anke internazzjonali biex il-ħajja tan-nies tiġi protetta. Farrar qal li l-ebda pajjiż m’għandu jitħalla jiffaċċja problemi bħal dawn waħdu. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0