“Azzjoni populista” … Jason Azzopardi jattakka lill-Prim Ministru dwar ir-regoli u l-multi eħrex li ħabbar

  • Ġun 13, 2019 14:52
  • Miktub minn iNews
"

    “Azzjoni populista.” Hekk saħaq id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi b’referenza għar-regoli u l-multi ġodda li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar wara laqgħa li huwa kellu mal-azzjonisti tas-settur tal-kostruzzjoni.

    Azzopardi saħaq li b’dak li ħabbar, il-Prim Ministru se jkun qed jitfa’ fl-istess keffa lit-tajjeb u lill-ħażin mingħajr ma ssir l-ebda distinzjoni. Huwa żied jikkummenta “mindu ’l hawn Prim Ministru jista’ jissospendi l-permessi kollha għat-twaqqigħ u l-iskavar?”

    Intant fir-rigward ta’ xogħol ta’ twaqqigħ u skavar, il-Prim Ministru qal li kemm il-periti u kif ukoll s-site managers iridu jkunu fuq il-post meta jsir ix-xogħol u waqt li jkunu qed jittieħdu d-deċiżjonijiet relatati max-xogħol.

    Il-Prim Ministru Muscat qal ukoll li filwaqt li sal-lum servizzi ġeoloġiċi biss f’każi ta’ tħaffir ta’ tliet metri fond, mil-lum ’il quddiem dan irid isir f’kull każ. 

    Dan filwaqt li żied jgħid se jkunu qed jiżdiedu l-multi għal min jikser il-liġi. Filwaqt li sal-lum min ma josservax il-‘method of statement’ kien jiġi mmultat €500, din issa se tkun qed titla’ għal €10,000. Dan filwaqt li l-multa għal min ma josservax azzjoni ta’ infurzar se tkun qed titla’ minn €1,200 għal €50,000.

    Intant l-MDA u l-Kamra tal-Periti fir-rigward ta’ xogħol ta’ twaqqigħ u skavar, qalu li f’każi fejn diġà beda jsir xogħol ta’ twaqqigħ jew skavar, il-waqfien tax-xogħol jista’ jżid il-periklu. Fir-rigward ta’ dawn il-każi il-perit huwa meħtieġ li jitlob permess biex ix-xogħol ikun jista’ jitkompla.

    Il-Prim Ministru qal li l-ġimgħa li ġejja se jkun hemm perjodu ta’ konsultazzjoni ta’ ħamest ijiem fuq ir-regoli li se jkunu qed jitħabbru. Fil-ġimgħa ta’ wara se jkun qed jitlaqqa’ l-Kabinett biex dawn ir-regoli jidħlu fis-seħħ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0