Sitt mexxejja Ewropej f'Malta għas-South EU Summit

  • Ġun 13, 2019 12:11
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum se jmexxi s-Sitt South EU Summit li se jiltaqa' għall-ewwel darba f'pajjiżna mindu beda jiġi organizzat fl-2016.

    Dan is-summit ilaqqa' flimkien is-seba' pajjiżi fl-UE li jinsabu fin-naħa t'isfel tal-Ewropa jiġifieri Malta, Franza, l-Italja, Spanja, il-Portugall, il-Greċja u Ċipru.

    Dan ifisser li fostna se jkun hawn il-President Franċiż Emmanuel Macron kif ukoll il-prim ministri Alexis Tsipras tal-Greċja, Giuseppe Conte tal-Italja, Pedro Sanchez ta' Spanja, Antonio Costa tal-Porguall u Nicos Anastasiades ta' Ċipru.

    Magħruf ukoll bħala l-“EUMed7”, is-seba' pajjiżi iffurmaw alleanza f'Diċembru 2013 biex jindirizzaw kwistjonijiet li jolqtuhom.

    L-ewwel summit kien sar fl-2016 f'Ateni u kien segwit minn oħrajn f'Lisbona, Madrid, Ruma u Nikosija bl-aħħar wieħed jiffoka, fost oħrajn, fuq l-immigrazzjoni.

    L-istess immigrazzjoni mistenni jkun wieħed mis-suġġetti diskussi fis-summit ġo Kastilja flimkien ma' temi oħrajn fosthom is-sigurta fir-reġjun, Brexit, iz-Zona Ewro, l-enerġija u d-drittijiet soċjali.

    Is-seba' mexxejja mistennijin jindirizzaw lill-mezzi tax-xandir fi tmiem il-laqgħa qabel jattendu ikla statali fil-Palazz Presidenzjali tal-Belt.

    Minħabba dan is-summit il-Pulizija se twaqqaf it-traffiku fl-inħawi tal-ajruport, il-Belt u San Ġiljan fejn mistennija jkunu alloġġjati wħud mill-mexxejja waqt li dawn ikunu qed jivvjaġġaw lejn id-destinazzjoni tagħhom.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0