MAPFRE Middlesea tal-ewwel biex tintroduċi l-użu ta’ intelliġenza artifiċjali fl-industrija tal-assigurazzjoni f’Malta

  • Ġun 12, 2019 11:20
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kumpanija MAPFRE Middlesea hija l-ewwel kumpanija fil-qasam tal-assigurazzjoni li implimentat l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali (AI). Dan sar permezz tal-introduzzjoni ta’ chatbot li qed tissejaħ Emma, li tinsab disponnibli fuq is-sit u l-paġna ta’ Facebook ta’ din il-Kumpanija.

    F’dawn l-aħħar snin, l-implimentazzjoni ta’ chatbots saret komuni biex negozji ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-klijenti tagħhom u jindirizzaw kwalunkwe mistoqsija li kapaċi jkollhom. L-Intelliġenza Artifiċjali tintuża biex jiġu krejati interazzjonijiet reali ħafna. Din ic-chatbot implimentati kapaċi tifhem mhux biss il-kmandi, iżda wkoll lingwi differenti. Iktar ma tintuża din ic-chatbot, aktar issir intelliġenti u kapaċi tifhem u taqdi lill-klijenti bl-aħjar mod. 

    Din it-teknoloġija tfasslet biex il-klijenti jkunu jistgħu jinqdew 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Kapaċi tindirizza mistoqsijiet li għandhom x’jaqsmu mal-polza tal-assigurazzjoni, kwotazzjonijiet, ilmenti, informazzjoni dwar kuntatt u anke mistoqsijiet dwar benefiċċji li [DAM1] toffri il-kumpanija, bħal MAPFRE Assist jew l-iskema Insure & Save.Il-Klijenti xorta waħda se jkollhom l-opportunità li jitkellmu ma' rappreżentant matul il-ħinijiet tax-xogħol jekk jixtiequ jagħmlu dan. Iżda, permezz ta’ din it-teknoloġija, ir-rapreżentanti tal-kumpanija għandhom aktar ċans jaħdu fuq kwistjonijiet aktar ikkumplikati, waqt li din ic-chatbot Emma, tkun tista’ tindirizza mistoqsijiet aktar sempliċi li jistgħu jissolvew malajr.

    Dan il-proġett jifforma parti mil-ambizzjonijiet diġitali tal-kumpanija, iżda MAPFRE Middlesea tassigura li xorta waħda dejjem se tkun ta’ appoġġ għall-klijenti tagħha u tkun disponnibli biex tiżgura li dawn jkunu moqdija u sodisfatti.

    MAPFRE Middlesea p.l.c (C-5553) hija awtorizzata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) biex tmexxi Negozju fit-tul u Generali skont l-Att dwar il-Kummerc tal-Assigurazzjoni,  Kap 403 tal- Liġijiet ta’ Malta.MAPFRE Middlesea p.l.c hija regolata mill-MFSA.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0