Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar juri tħassib dwar il-ksur tal-liġi tad-distanza mill-ħajt diviżorju waqt skavar

  • Ġun 13, 2019 10:58
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar f’ittra indirizzata lill-Prim Ministru wera t-tħassib tiegħu li f’diversi siti ta’ kostruzzjoni qed madwar il-pajjiż qed tinkiser il-liġi fir-rigward tad-distanza li għandha titħalla mill-ħajt diviżorju f’ċirkostanzi ta’ xogħol ta’ skavar.

    Il-Perit Alan Saliba qal li “Artikolu 439 tal-Kodiċi Ċivili jistipula li ħadd ma jista' jaghmel kwalunkwe skavar f’distanza ta' inqas minn 76 ċentimetri mill-ħajt diviżorju. Madanakollu,jekk wieħed ikollu jdur dawra mal-gżejjer u jara 1-pjanti sottomessi lill-Awtorita tal-Ippjanar jista' jinnota li din il-liġi qed tiġi skartata.”

    Huwa żied jgħid li “t-terzi jistgħu jieħdu biss passi permezz ta' proċeduri ta' mandat ta' inibizzjoni quddiem il-Qrati madanakollu, ħafna drabi dawn il-proċeduri jinbdew tard wisq jew minħabba problemi finanzjarji, jew minħabba li 1-ħajt diviżorju jkun proprjetà ta' diversi sidienjewinkellagħalraġunijietoħra.”

    Fl-ittra huwa ssottometta wkoll proposti fl-interess pubbliku fli fost oħrajn jgħidu li jinħolqu proċeduri kriminali kontra l-kuntratturi fejn min jikser id-distanza stipulata mil-liġi jkun suġġett għal proċeduri kriminali sabiex iservu ta’ deterrent. Huwa ppropona wkoll fost proposti oħrajn li kull sit li fil-preżent jinsab skavat f’inqas mid-distanza preskritta għandu jiġi reġistrat biex jittieħdu l-mitigazzjonijiet meħtieġa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0