AĠĠORNAT [FILMAT] Sandro Chetcuti: “Ħsarat fil-pedamenti waqt xogħol ta' tħaffir iridu jiġu indirizzati minnufih”

  • Ġun 13, 2019 08:53
  • Miktub minn iNews
"

    “Li konna qed naħsbu ġara.” Hekk saħqet Janet Walker, waħda mir-residenti tal-proprjetà, biswit sit tal-kostruzzjoni fi Gwardamangia, li kmieni dalgħodu ċeda l-ħajt tagħha.

    Dan is-sit kien diġà qanqal kontroversja, bl-istess residenta fil-jiem li għaddew tippubblika filmat li juri ħsarat strutturali fl-istess ħajt tal-binja.

    Dakinhar il-mara kienet ġiet rassigurata li m’hemmx periklu strutturali għall-binja.

    Il-President tal-MDA Sandro Chetcuti jikkummenta…

    Sandro Chetcuti, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA), f’kumment li ta lill-ġurnalisti saħaq li f’ċirkostanzi fejn ikun qed isir xogħol ta’ tħaffir f’sit ta’ kostruzzjoni u jiżviluppaw problemi fil-pedamenti, dawn għandhom jiġu indirizzati minnufih għax jaffettwaw lil persuni terzi.

    Meta mistoqsi dwar il-laqgħa li mistenni li jkollu llum mal-Prim Ministru, Chetcuti qal li mhux informat dwar x’se jkun diskuss f’din il-laqgħa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0