Lionel Messi l-aktar atleta li qala’ flus skond il-magazin Forbes

  • Ġun 13, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    L-attakkant ta’ Barcelona u l-Arġentina, Lionel Messi, ssupera liċ-champion tad-dinja tal-boxing, Floyd Mayweather, bħala l-iktar atleta mħallas fid-dinja f’din l-aħħar sena, skond il-lista annwali ppubblikata din il-ġimgħa mill-magazin tan-negozju, Forbes.

    Messi, li din is-sena skorja 36 goals waqt li mexxa lil Barcelona lejn it-titlu ta’ La Liga, qala’ €112.3 miljuni bejn salarju u approvazzjonijiet oħra biex tela’ tarġa oħra fil-lista tal-iktar 100 atleti mħallsa fid-dinja.

    L-attakkant Portugiż ta’ Juventus, Cristiano Ronaldo (€96.4 miljuni), Neymar (€83.1), il-boxer Messikan, Canelo Alvarez (€73.3 miljuni) u l-kbir tennista Svizzeru, Roger Federer (€82.6 miljuni) għaqqdu l-ewwel ħamsa.

    Mayweather, li kien fil-quċċata fl-2018 u erba’ darbiet f’seba’ snin, kellu biss logħba ta’ esibizzjoni f’Diċembru li għadda fil-Ġappun u ma effettwatx l-Aqwa 100, li hija komposta minn atleti minn għaxar sports differenti.

    Players min-National Basketball Association illidjaw l-l-isports kollu b’35 players fost l-aqwa 100, iżda ħadd iktar għoli mill-attakkant ta’ Los Angeles Lakers, LeBron James, li jinsab fit-tmien post bi dħul ta’ €78.7 miljuni.

    Il-football Amerikan kien l-iktar sport rappreżentat b’19-il players segwit mill-baseball bi 15 u l-football bi 12.

    Skond Forbes l-iktar atleti mħallsa fil-lista tagħhom kollettivament daħħlu €3.5 biljuni fuq l-aħħar 12-il xahar,  qabża ta’ 5% ‘il fuq milli qalgħu s-sena l-oħra ta’ €3.3 biljuni.

    Forbes anke qalu li l-Amerikani ddomi­naw il-lista bi 62 atleta, fejn jagħtu l-kredtu lis-salarji m’għola s-sema fil-kampjonati ta’ sports maġġuri. Ir-renju Unit għandhom ħamsa, Franza u Spanja għandhom tlieta waqt li l-Brażil, il-Kanada, ir-Repubblika Dominikana, il-Ġermanja, is-Serbja u l-Venezwela, kollha għandhom tnejn kull wieħed.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0