Ħmistax-il club tas-Serie A kontra ir-riforma taċ-Champions League

  • Ġun 13, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ħmistax mill-20 clubs tas-Serie A ivvutaw kontra l-proposta li jiġi kkreat Champions League kważi magħluq mill-2024 ‘il quddiem.

    Fi stqarrija li ġiet f’idejn l-aġenzija tal-aħbarijiet, Reuters, il-clubs ibbakkjaw riżoluzzjoni li tgħid li l-kompetizzjonijiet tal-UEFA bħaċ-Champions League għandhom ikunu bbażati esklussivament fuq il-wirjiet fil-kampjonati domestiċi, bħal fil-preżent.

    Juventus kienu l-uniku club li vvota kontra r-riżoluzzjoni waqt li Inter, Milan, Roma u Fiorentina astinew.

    Iċ-chairman tal-European Clubs Association, Andrea Agnelli, li huwa l-president ta’ Juventus, qal li huma jridu jgħinu lill-clubs barra l-ħames kampjonat il-kbar billi jagħtuhom iktar logħob Ewropew.

    Il-Premier League Ingliż, il-Bundesliga Ġermaniża u Ligue 1 ta’ Franza, diġá qalu li huma jopponu l-proposta, iżda clubs barra l-ħamsa l-kbar bħal Ajax, Legia Warsaw u HJK Helsinki huma favur.

    “Kwalunkwe mudell semi-magħruf jipperikola l-valur tal-kompetizzjoni­jiet nazzjonali,” qalu l-clubs Taljani fir-riżoluzzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0