Fiorentina qed jiġru wara l-firma ta' player Messikan

  • Ġun 13, 2019 00:46
  • Miktub minn iNews
"

    Fiorentina jinsabu interessati fil-player ta’ nofs il-ground Messikan, Victor Alfonso Guzman. Dan tal-aħħar għandu 24 sena u bħalissa jinsab fuq il-kotba ta’ Pachuca. Dan il-player internazzjonali Messikan qed juri logħob verament sabiħ f’nofs il-grawnd. Ma’ Pachuca hu lagħab 109 partiti u skorja 27 goal. Il-club Messikan qed jistma li l-player jiswa madwar €7 miljun u attenti għall-progress tiegħu hemm ukoll Porto.

    Sadanittant l-istess club Viola qed jippruvaw jibdew mill-ġdid wara l-ħatra tal-president Rocco Commisso. L-għan ta’ dan tal-aħħar hu li l-club jerġa’ jsib ruħu jikkompeti fil-kompetizzjonijiet Ewropej u ser ikun qed jaħdem qatigħ sabiex dan kollu jseħħ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0