Sampdoria bejn Stefano Pioli u Eusebio Di Francesco

  • Ġun 13, 2019 00:41
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kandidati li qed jissemmew fir-rwol ta’ coach ta’ Sampdoria huma tnejn, Eusebio di Francesco u Stefano Pioli. Dawn iż-żewġ coaches qed ikunu s-suġġett tad-diskussjoni bejn il-president Massimo Ferrero u l-ogħla awtoritajiet tal-Blucerchiati. Pioli kellu ċ-ċans li jmur fiċ-ċentru tekniku ta’ Bogliasco sabiex jara l-faċilitajiet tal-club filwaqt li Di Francesco hu l-ħolma tal-istess president Ferrero minħabba s-serjeta’ li jħaddan.

    Dawn iż-żewġ coaches għandhom xi ħaġa komuni bejniethom minħabba li bdew l-istaġun mal-clubs rispettivi tagħhom iżda sfaw imneħħija mill-kariga lejn l-aħħar tal-istaġun. Di Francesco kien coach ta’ Roma filwaqt li Pioli kien imexxi lil Fiorentina.

    Sadanittant Milan qed jistennew lil Ferrero sabiex iħoll lill-coach attwali ta’ Sampdoria Marco Giampaolo u jkun jista’ jingħaqad mar-Rossoneri matul din il-ġimgħa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0