Il-ħaddiema tal-International Identity Solution ta' DeLaRue se jibqgħu jgawdu l-istess kundizzjonijiet ma' HID Global

  • Ġun 13, 2019 08:02
  • Miktub minn iNews
"

    Wara laqgħa li saret ilbieraħ filgħodu bejn il-General Workers' Union u l-management tal-kumpanija DeLaRue, fejn il-Union kienet infurmata dwar il-bejgħ tal-proċess ta' International Identity Solutions lil HID Global, il-GWU bħala l-uniku unjin rikonoxxuta fil-kumpanija kellha diversi laqgħat mal-ħaddiema involuti fejn spjegat li dan il-bejgħ huwa meqjus bħala trasferiment ta' negozju u għaldaqstant huma se jibqgħu jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet preżenti. 

    Matul il-jum tal-lbieraħ, il-GWU tkellmet mal-ħaddiema li huma impjegati fuq il-proċess ta' produzzjoni tal-International Identity Solutions fejn wara li spjegat dak li se jseħħ u x'inhuma l-proċeduri f'każi bħal dawn, assikurathom li skont il-provvedimenti fil-liġi tax-xogħol ta' pajjiżna, il-ftehim milħuq bejn DeLaRue u HID Global, jiggarantixxi li huma ma jitilfu xejn minn dak li qed igawdu llum. 

    Min-naħa tagħha l-GWU, li tirrappreżenta lill-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema fis-sezzjoni li ġiet trasferità lill-HID Global u bil-liġi tat-trasferiment ta' negozju hija awtomatikament rikonoxxuta fil-kumpanija l-ġdida, qed tħares 'il quddiem biex fil-jiem li ġejjin ikollha laqgħat mal-management ta' din il-kumpanija bil-għan li tistabbilixxi u jissaħħu r-relazzjonijiet industrijali bejn iż-żewġ naħat. Il-Union hija wkoll sodisfatta li l-kumpanija HID Global, li timpjega madwar 48,000 ħaddiema f'diversi operazzjonijiet madwar id-dinja, qed tħares li tkompli ssaħħaħ l-operat tagħha f'pajjiżna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0