''Nistieden lill-Kummissjoni Veneżja tinvestiga pajjiżi li r-rappreżentanti tagħhom ġew jitkażaw bina''

  • Ġun 12, 2019 18:20
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru Josè Herrera qal li “kull pajjiż għandu ir-reġim tiegħu. Fir-Renju Unit għandhom sistema li kieku Malta titqies bħala li hi anti kosttuzzjoni. Għandhom sistema li tista’ taħdem ta’ avukat u tkun imħallef. Allaħars f’Malta kellna dik is-sistema

    Tenna li “hemm rappreżentat ieħor Olandiż fil-Kummissjoni Venezja, li dan hu konsulent tal-Kabinett u imħallef. Dan ġie hawn u beda jikkritika is-sistema ġudizzjarja tagħna.  L-Avukat Ġenerali tagħhom hu appuntat mill-Ministru responsabbli, u  fir-Renju Unit u appuntat mill-Prim Ministru u dawn ġew hawn jikkritikaw lilna kif naħtru l-avukat ġenerali. Din hi inkredibbli.”

    Kompla jgħid li “imbagħad hemm l-Imħallef minn Ċipru. F’dan il-pajjiż, l-avukat ġenerali ta’ Ċipru hu bħal tagħna li jagħmel xogħol ta’ prosekutur u jagħti l-pariri. Issa jekk daw għandhom l-istess sistema tagħna għax ma jikkritikax is-sistema tagħhom”.

    Qal ukoll li “kien hemm membru mill-Iżlanda. Issa l-uffiċċju tal-avukat ġenerali hu ħaġa waħda mal-bank tal-ġudikaturi. Ngħid li aħna għandna għax nikkritikawhom mela huma.”

    “Nistieden lill-Kummissjoni Venezja tinvestiga ir-rwoli ta’ l-avukat ġenerali fil-pajjiżi li minnhom ġejjin il-membri li jiffurmaw l-Kummissjoni Venezja. Dawn kollha  ma jgħaddux”, qal il-Ministru Herrera.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0