Niġerjan li heżżeż tarbija b'piena ta' ħabs imnaqqsa

  • Ġun 12, 2019 15:39
  • Miktub minn iNews
"

    Tliet imħallfin naqqsu erba' snin ħabs lil Niġerjan li kien ikkundannat 14-il sena ħabs wara li kien instab ħati ta' attentat ta' qtil ta' tarbija.

    Rotimi Williams Akande, li għandu 29 sena, kien instab ħati fi tmiem ġuri li fil-15 ta' April 2013 ipprova joqtol lil Maleek Opeyemi Olowoshile ta' 15-il xahar.

    Akande, li kien jilgħab il-futbol f'Għawdex mal-klabb ta' Victoria Wanderers, kien f'relazzjoni ma' omm it-tifel, Abiola Olowoshile.

    Dakinhar hija kienet xogħol u Akande kien qed jieħu ħsiebu d-dar meta f'ħin minnhom it-tifel qam jibki.

    Minn dak li nstema waqt il-ġuri rriżulta li l-ġuvni heżżeż lit-tifel biex jieqaf jibki u kawża t'hekk ikkawżalu ħsaru f'moħħu.

    Akande appella bil-każ jinstema quddiem il-Prim Imħallef Joseph Azzopardi u l-Imħallfin Joseph Zammit McKeon u Edwina Grima.

    It-tliet imħallfin ikkonkludew li għalkemm ikkaġuna ġrieħi gravi lit-tifel ma rriżultax li Akande kellu l-intenzjoni li joqtol lit-tifel.

    Kien għalhekk li huma iddeċidew li jnaqqsulu l-piena ta' ħabs minn 14-il sena għal 10 snin.

    It-tifel illum għandu seba' snin u jgħix fid-Dar tal-Providenza minħabba l-ħsara irreparabbli li sofra f'moħħu.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0