Ħallew lil binthom ta’ sentejn fl-ajruport għax skadilha l-passaport

  • Lul 30, 2012 13:02
  • Miktub minn

    Koppja Pollakka li kienu sejrin fuq vaganza fil-Greċja mill-ajruport ta’ Katowice fin-Nofsinhar tal-Polonja, indunaw li l-passaport ta’ binthom ta’ sentejn kien skadut. X’taħsbu li kienet is-soluzzjoni tagħhom? Ħallewha l-ajruport waħedha u huma riekbu fuq l-ajruplan.

    Skont ma rrapporta The Daily Telegraph, it-tifla kellha passaport skadut u għalhekk ma setgħetx issiefer. Mill-kameras tas-sigurtà tal-ajruport kien jidher li l-koppja ħallew it-tifla ta’ sentejn quddiem il-bank tal-informazzjoni tal-ajruport u telqu għall-vjaġġ tagħhom. Huma żguraw lill-istaff tal-ajruport li kienu se jiġu xi qraba tagħhom biex joħduha d-dar. Minkejja dan, it-tifla bdiet tibki u kif qal kelliem tal-Pulizija t-tifla kienet iddisprata kif ħallewha l-ajruport.

    Il-Pulizija ġew imsejħin mill-istaff tal-ajruport biex jaraw għaliex it-tifla kienet tħalliet waħedha. Il-Pulizija qalu li huma diġà kellmu maġistrat u għarrfuh bil-każ ħalli jkun jista’ jifhem is-sitwazzjoni familjari tat-tifla. Il-ġenituri qegħdin jirriskjaw li jeħlu sa ħames snin ħabs.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Lul 30, 2012

    dawn jafu x'inhuma jaghmlu jew? certu stejjer ma jitwemmnux!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 30, 2012

    qas tifel/tifla ta ghaxar snin ma thalli wahdu ahseb u ara ta sentejn.

    Irrispondi