Mal-1,400 ħaddiem min-Nepal imutu fil-bini tal-grawnd tat-Tazza tad-Dinja

  • Ġun 11, 2019 10:10
  • Miktub minn iNews
"

    Madwar 1,400 ħaddiem min-Nepal mietu fil-proċess tal-bini tal-istejdjum tat-Tazza tad-dinja fil-Qatar. Dan kien ikkonfermat minn uffiċjal tal-Gvern f’kummenti li għadda lil Arab News Agency.

    “Huwa fatt li ħafna ħaddiema min-Nepal mietu waqt li kienu qed jaħdmu fix-xogħol tal-kostruzzjoni tal-istejdjum fil-Qatar,” qal kelliemi għall-Ministeru tax-Xogħol tan-Nepal, Narayan Ragmi. “Minix f’sitwazzjoni li ngħid b’mod preċiż kemm mietu nies, iżda nista’ ngħid li mietu ħafna nies.”

    Janak Sapkota, ġurnalist ibbażat f’Katmandu, qal li l-kundizzjonijiet tal-ħajja li qed ikunu kostretti jgħixu fihom il-ħaddiema huma prekarji. “Is-salarji huma baxxi wisq, bil-ħaddiema qed jiġu sfruttati biex jagħmlu x-xogħol.”

    Il-Qatar iffaċċjat kritika qalila dwar it-trattament ta’ ħaddiema barranin, u n-numru għoli ta’ mwiet fil-proċess tal-bini tal-istejdjum tat-Tazza tad-Dinja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0