Bżonn li nkomplu naġġornaw il-politika tal-familja

  • Ġun 10, 2019 15:43
  • Miktub minn iNews
"

    “Iridu naġġornaw il-politika tagħna filwaqt li nifhmu l-kunċett u d-dinamika tal-familja li qed tinbidel fid-dawl tar-realtajiet ġodda li kontinwament qed jolqtu lill-familji”, qal il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon waqt il-konferenza bit-tema ‘Liġijiet tal-Familja’.

    Din il-konferenza ġiet organizzata f’pajjiżna minn grupp ta’ professjonisti fil-qasam, il-maġġoranza minnhom Awstraljani u Amerikani.

    Il-Ministru Michael Falzon qal li l-Liġi tal-Familja hi magħmula minn żewġ kunċetti dinamiki: l-iżvilupp ta’ forom ta’ familji inkluż dawk ta’ persuni tal-istess sess, single parents, familji relatati fuq bażi legali u oħrajn b’karatteristiċi simili li jgħixu taħt l-istess saqaf. It-tieni kunċett jirreferi għal dawk il-liġijiet żviluppati kontinwament biex jirregolaw ir-realtajiet u d-drittijiet tal-persuni f’dik il-familja.

    Il-Ministru Michael Falzon qal li l-gvern wasal fl-aħħar stadju biex sa fl-aħħar ikollna Liġi tal-Protezzjoni tat-Tfal li verament tpoġġi l-interessi tat-tfal, l-ewwel u qabel kollox. Dan għandu jsir ukoll permezz ta’ għajnuna ta’ professjonisti mħarrġa f’dan il-qasam.

    Intant il-Ministru Michael Falzon faħħar is-sehem ta’ konferenzi ta’ dan it-tip li mhux biss joħolqu għarfien dwar is-suġġett iżda jidentifikaw partijiet mil-liġi li jeħtieġ li ssir bidla fihom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0