Il-familja ta’ Daphne b’rapport li possibbilment jindika konnessjoni mil-Latvja mal-qtil tagħha

  • Ġun 10, 2019 11:21
  • Miktub minn iNews
"

    Rapporti fuq sezzjonijiet tal-midja qegħdin jgħidu li l-familja tal-ġurnalista maqtula, Daphne Caruana Galizia għamlu rapport mal-uffiċċju tal-Prevention of Laundering of Proceeds Derived from Criminal Activity tal-Latvja. 

    Jidher li dan ir-rapport isemmi membri tan-netwerk ta’ ħasil ta’ flus li kienet qiegħda tinvestiga dwarhom Caruana Galizia u li l-familja jemmnu li huma konnessi mal-qtil tagħha.

    Fi stqarrija, il-familja ta’ Caruana Galizia qalu li huma jittamaw li dan ir-rapport jikxef iżjed provi fil-beraħ, jgħin lill-awtoritajiet Ewropew biex jiskopru lill-kriminali li qatluha u anke jgħinu lill-awtoritajiet biex jevitaw li jkun hemm iżjed qtil billi jieħdu azzjoni. 

    Jingħad ukoll li l-familja tal-ġurnalista qalu li b’riżultat tal-investigazzjonijiet li saru minn Daphne Project, instab li l-bank tal-Latvja ABLV iforni s-servizzi lin-netwerk li tagħmel ħasil ta’ flus. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0