Theddida b’pistola waqt il-gay pride ta’ Washington

  • Ġun 10, 2019 11:00
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel mistenni jidher quddiem il-Qorti wara li allegatament ikkawża rassa żejda fil-parata tal-gay pride fl-Istati Uniti li ħalliet seba’ persuni feruti. 

    Ir-raġel, li skont il-midja Amerikana jismu Aftabjit Singh u għandu 38 sena, beda jxejjer pistola tat-tip BB li tispara balal żgħar tal-ħadid. 

    Numru ta’ persuni li semgħu l-isparaturi bdew jipprovaw jaħarbu. Madankollu, uffiċjali qalu li m’hemmx ebda prova li dawn l-isparaturi ġew sparati. 

    Min-naħa l-oħra, rapport tal-Pulizija li ġie kkwotat mill-aġenzija tal-aħbarijiet Associated Press, kien jgħid li r-raġel ħareġ din l-arma wara li xi ħadd beda jagħti d-daqqiet lis-sieħba tiegħu. 

    Ir-raġel ġie akkużat bil-pussess illegali ta’ pistola BB, li ġarr arma perikoluza u li kellu kondotta ħażina. Hu mistenni jidher fil-Qorti llum. 

    Is-seba’ persuni li ttieħdu l-isptar kollha sofrew minn ġrieħi ħfief li sofrew waqt il-paniku li nħoloq. 

    Intant, l-organizzaturi qalu li l-attivitajiet kollha se jkomplu bi prekawzjonijiet tas-sigurtà. 

    Il-Gay Pride tiġi ċċelebrata madwar id-dinja f’Ġunju, b’xi paratgi jiġu organizzati lejn it-28 ta’ Lulju. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0