Tifla ta' ħames snin tibqa' pparalizzata wara li tiġi stuprata minn qarib tagħha

  • Ġun 09, 2019 19:34
  • Miktub minn iNews
"

    Għall-bidu ħadd ma seta’ jimmaġina x’wassal biex tifla ta’ ħames snin fis-Sierra Leone ma setgħetx iċċaqlaq aktar saqajha jew tikkontrolla l-urina tagħha. Uħud fil-komunità tagħha bdew anke jwaħħlu f’xi għajn ħażina, iżda r-realtà kienet ferm agħar minn hekk.

    It-tifla kienet sfat stuprata brutalment u kaġun tal-ġrieħi li sofriet hekk kienet sfat ipparalizzata.

    Dan il-każ wassal biex il-problema tal-vjolenza sesswali fil-konfront ta’ tfal tingħata importanza fil-pajjiż, fejn is-soltu inċidenti simili jkunu riżoltu bejn il-familji inkwistjoni fil-privat.

    Madankollu fi Frar li għadda l-President Julius Maada Bio ddikjara l-vjolenza sesswali bħala emerġenza nazzjonali u ħalef li jgħin lit-tifla biex tingħata trattament mediku barra mill-pajjiż.

    Madankollu xhur wara l-każ tat-tifla juri kemm huwa diffiċli li tingħeleb il-vjolenza sesswali fi-pajjiż. Dan hekk kif missier it-tifla qed jirrifjuta li jieħu l-każ quddiem il-qrati lokali, u bil-pulizija saħansitra joħorġu ordni ta’ trażżin biex it-tifla tkun tista’ tkompli tirċievi l-kura meħtieġa.

    Ftit li xejn ukoll inbidel għat-tifla li ħajjitha ġiet affettwata b’mod tant krudili.

    Fatmata Sorie, l-avukata tal-familja, qalet li r-raġel li wettaq ir-reat – allegatament raġel ta’ 28 sena qarib tat-tifla – għadu jiġri ħieles.

    Intant id-dikjarazzjoni tal-President se tkun qed twassal biex tkun ifformata diviżjoni speċjali fi ħdan il-pulizija bil-għan li tiffoka fuq każi ta’ vjolenza sesswali fil-konfront ta’ minuri. Abbozz ta’ liġi li għad irid ikun approvat mill-Parlament se jkun qed ipoġġi piena ta’ għomor il-ħabs għal kull min jinstab ħati ta’ stupru ta’ tfal.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0