200,000 ħarbu minn Aleppo

  • Lul 30, 2012 13:00
  • Miktub minn

    Madwar 200,000 persuna ħarbu mill-belt Sirjana ta' Aleppo f'dawn l-aħħar jumejn. Valerie Amos li qiegħda tmexxi servizz umanitarju f'isem il-Ġnus Magħquda qalet li għad baqa' ħafna ċivili li huma maqbudin fi djarhom u għandhom bżonn għajnuna kemm jista' jkun malajr.

    “Nitlob liż-żewġ naħat tal-kunflitt biex ma jattakawx liċ-ċivili u biex iħallu aċċess sigur għall-organizzazzjonijiet umanitarji li qegħdin hemm biex iwasslu l-għajnuna lill-poplu Sirjan,” qalet Amos.

    Hi qalet li ħafna min-nies li ħarbu minn djarhom qegħdin jingħataw refuġju fl-iskejjel u binjiet pubbliċi.

    Sadanitant ir-Russja qiegħda topponi li jkun hemm sanzjonijiet mill-Unjoni Ewropea li bihom ikunu jistgħu jsiru tfittxijiet fuq vapuri Sirjani li jkun hemm suspett li fuqhom hemm xi armi. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu qal “m'għandna l-ebda ħsieb li nieħdu parti minn miżuri implimentati mill-UE kontra s-Sirja.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook