Atalanta wara Gregoire Defrel

  • Ġun 09, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-coach ta’ Atalanta Giampiero Gasperini informa lill-klabb tiegħu sabiex jipprova jakkwista lill-attakkant ta’ Sampdoria Gregoire Defrel. Dan huwa plejer ta’ 27 sena minn Franza li jinsab fil-kotba ta’ Roma u li ġie misluf lil Blucerchiati. Huwa skorja 11-il gowl staġjonali mad-Doriani u spikka ferm fit-tim immexxi minn Marco Giampaolo u għen mhux ftit lit-team li spiċċa fid-disa’ post tal-klassifika meta kiseb 53 punt fi 38 partita.

    Gasperini qed jaħseb sabiex iżid iktar attakkanti minħabba li issa ser ikunu qed jieħdu sehem fil-UEFA Champions League u jridu jżidu aktar plejers fl-iskwadra.

    Defrel għandu esperjenza vasta fl-Italja meta lagħab ma’ Parma, Foggia, Cesena u Sassuolo.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0