Dani Ceballos irid jilgħab aktar ma’ Real Madrid

  • Ġun 09, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-player ta’ nofs il-ground ta’ Real Madrid Dani Ceballos wissa lill-klabb tiegħu li jekk ma jilgħabx b’mod aktar regolari fl-istaġun li ġej, ifittex destinazzjoni oħra. Hu kien qed jitkellem ma’ Cadena Cope dwar il-futur tiegħu.

    Il-player ta’ 22 sena qal li għadu ma jafx x’ser jagħmel iżda li hu żgur hu li jrid jilgħab aktar minuti u possibbilment jibda mal-ewwel 11. Sostna li ma jistax jaffordja li jagħmel it-tielet sena konsekuttiva jibda dejjem fuq il-bank ta’ riservi b’mod regolari għax mhux ser jirnexxielu jiżviluppa il-karriera tiegħu.

    Ceballos kompla jgħid li kellu laqgħa mal-coach Zinedine Zidane b’dan tal-aħħar li kien ċar miegħu fid-dikjarazzjoni li kellu għalkemm mhux ser jgħid x’intqal f’din id-diskussjoni.

    Finalment Ceballos qal li jixtieq jibqa’ ma’ Real Madrid iżda kollox jiddependi x’ser jiġri matul dan is-sajf bid-deċiżjonijiet li ser ikunu qed jieħu l-ogħla awtoritajiet tal-klabb.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0