Spettaklu f’baċir joffri esperjenza unika

  • Ġun 06, 2019 14:59
  • Miktub minn iNews
"

    Matul is-sena 2019, Bormla qed tfakkar il-75 Sena mill-Pellegrinaġġ li kien sar fi tmiem il-Gwerra, propju fid-19 ta’ Novembru 1944. Għalhekk il-Kumitat organizzattiv ħejja programm mifrux fuq sena sħiħa ta’ attivitajiet. Uħud minnhom diga’ saru, bħal meta l-Parroċċa ta’ Bormla laqgħet lill-Għaqda Maltija għat-Trasport tal-Morda f’Lourdes. 

    Waħda minn dawn l-attivitajiet huwa l-ispettaklu awdjoviżiv li ser isir nhar is-Sibt, 22 ta’ Ġunju, fid-9.15p.m. Bi produzzjoni tal-Kolleġġjata ta’ Marija Immakulata flimkien mal-Kumitat Organizzattiv tal-75 Sena mill-Pellegrinaġġ, u  b’kitba tas-Sur Ġorġ Peresso, Bormla qed tippreżenta l-istorja tal-Parroċċa sa mill-ibgħad żminijiet.  

    Permezz ta’ din ir-rappreżentazzjoni, wieħed se jgħix l-ħajja tal-Parroċċa ta’ Bormla minn qabel it-twaqqif tagħha fis-sena 1584 sas-sena 1944, is-sena li fiha sar il-Pellegrinaġġ Nazzjonali bl-istatwa devota ta’ Marija Immakulata u l-Kwadru Inkurunat mill-Kolleġġjata ta’ Santa Liena f'Birkirkara sal-Kolleġġjata u Santwarju ta’ Bormla. 

    L-ispettaklu jinkludi kant, żfin, nar sinkronizzat, drama kif ukoll projection mapping fuq il-faċċata tal-Knisja ta’ Bormla. Dawk kollha interessati li jattendu ser ikun hemm seating fiż-żona tal-Baċir Numru 1 ukoll.  Bormla qed tistieden lil kulħadd biex jingħaqad magħha għal din l-esperjenza unika. Għal aktar aġġornamenti matul dan iż-żmien ta' preparazzjoni wieħed imħeġġeġ jidħol fil-paġna ta‘ Facebook ‘Taħt Ħarstek Nistkennu 1944-2019’.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0