“Ifhmu u aċċettaw il-kultura u t-tradizzjonijiet tal-Maltin” - Mallia

  • Ġun 20, 2013 09:56
  • Miktub minn
"

    Il-Ministru tal-Intern, Emmanuel Mallia llum qal lill-immigranti li kulħadd huwa uman u li kulħadd għandu d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet u li għalhekk hemm bżonn li wieħed jipprova jifhem u jaċċetta l-kultura u t-tradizzjonijiet tal-Maltin.

    Il-Ministru qal dan waqt żjara li għamel dalgħodu fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far fl-okkażjoni tal-Ġurnata Dinjija tar-Refuġjati. Waqt din iż-żjara l-Ministru qassam il-frott lill-immigranti li kien ipprovdut mill-Komunità Musulmana f'Malta. Huwa żied jgħid li din hija ġurnata speċjali għall-kommunitajiet internazzjonali li kellhom jieħdu deċiżjoni importanti ħafna li jħallu lill-familji u l-pajjiżhom għall-pajjiż barrani.

    Mallia qal li ma jistax ikun hemm liġi komuni tar-refuġju madwar l-Unjoni Ewropea kollha, jekk l-istati kollha ma jirrikonoxxux il-ħtieġa li wħud mill-immigranti għandhom ikunu rilokati f'pajjiżi oħrajn tal-istati membri. Huwa żied jgħid li din is-sena s'issa daħlu Malta 310 immigrant. Il-Ministru qal ukoll li l-Gvern huwa kommess li jkompli l-laqgħat biex jassigura li pajjiżi oħrajn jonoraw l-obbligazzjonijiet internazzjonali tagħhom u li jaċċettaw li l-immigranti jiġu rilokati f'pajjiżhom.

    Ritratt: Mill-arkivji

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    20