Espressjoni ta’ interess għal 300 sodda għall-anzjani

  • Ġun 19, 2013 21:21
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    Waqt laqgħa oħra ta’ konsultazzjoni pubblika mal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Persuni b'Diżabbiltà, Franco Mercieca ħabbar li se jkun qed joħroġ espressjoni ta’ interess għall-provvista ta’ 300 sodda għall-anzjani, filwaqt li sostna li l-aħjar deċiżjoni li nstabet kienet li dawn jiġu ppovduti mill-privat. Spjega li d-domanda għal din is-sena kienet għal 300 sodda, iżda l-provvista għal din is-sena kienet tleħħaq biss għal 175 sodda.

    Dwar dan il-qasam, Mercieca kompla jispjega kif ħadd ma kien jaf eżatt kemm kienet twila l-lista ta’ stennija għall-anzjani biex isibu post f’residenza u spjega kif fil-każ tal-Isptar Monte Carmeli nħolqu wards għall-anzjani iżda titmexxa minn diversi amministrazzjonijiet differenti u għalhekk din trid tissolva.

    Awtorità tad-Djar b’defiċit ta’ €2 miljun

    Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Marie Louise Coleiro Preca semmiet l-Awtorità tad-Djar u qalet li mill-awditjar li sar irriżulta li din l-awtorità tħalliet b’defiċit ta’ żewġ miljun ewro sal-aħħar tas-sena li għaddiet. Ma’ dan żiedet tgħid ukoll li hemm ħames miljun ewro oħrajn li huma kommessi u spjegat li minn skema waħda biss, jiġifieri dik tal-“Iskema Kiri” hemm kommessi €10 miljun għall-għaxar snin li ġejjin.

    Kwistjonijiet ta’ pensjonijiet

    Semmiet ukoll il-pensjonijiet tat-tarznari fejn qalet li vera hemm ħafna anomaliji u għalhekk ħabbret li se twaqqaf ‘task force’ li tindirizza dawn id-diffikultajiet. Ma’ dan ħabbret ukoll li se twaqqaf grupp strateġiku ta’ tekniċi li jitmexxa mis-Segretarju Permanenti Mark Musu bħala ċermen u jistudja s-sostenibbiltà u l-adegwatezza tal-pensjonijiet.

    Ma setax jonqos ukoll li l-Ministru Coleiro Preca tkellmet dwar id-diskussjoni li nqalgħet dwar trasferimenti vendikattivi. Spjegat kif minn 86 trasferiment li saru kien hemm aktar minn 70 li ntalbu mill-ħaddiema stess u min ma kienx komdu bil-post li ngħata allura s-sitwazzjoni ġiet irranġata.

    Punti oħrajn li tqajmu f’din il-laqgħa kienu dwar il-fatt li fl-aħħar għaxar snin ma nfetħitx dar waħda għall-persuni b’diżabilità, filwaqt li dik li ssemmiet li nfetħet f’Birżebbuġa kienet biss għar-ritratti għax fil-verità mhix aċċessibbli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    2