Aġġornat: Miet ir-raġel li ttajjar waqt argument f'Għawdex

  • Ġun 19, 2013 18:19
  • Miktub minn
"

    21.30: Ir-raġel li aktar kmieni llum idaħħal fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex wara li sofra ġrieħi gravi meta ttajjar minn karozza, miet ftit tal-ħin ilu. Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

    Aktar kmieni: Illum għal ħabta tat-15:30, il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fil-parking area tal-Qbajjar Promenade, limiti taż-Żebbuġ.

    Minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija jirriżulta li għal xi raġuni kien seħħ argument bejn żewġt irġiel – wieħed ta’ 63 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex u l-ieħor ta’ 54 sena residenti r-Rabat, Għawdex.

    Minn iktar investigazzjonijiet jidher li r-raġel ta’ 63 sena tela’ fil-vettura tiegħu tal-għamla Daihatsu Terios u saq fid-direzzjoni tar-raġel l-ieħor, bil-konsegwenza li dan tal-aħħar sofra xi grieħi ta’ natura gravi.

    Fuq il-post issejħet Ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 54 sena l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. Ir-raġel ta’ 63 sena wkoll sofra minn xi ġrieħi, kawża tal-argument.

    Iktar tard il-persuna li sfat milqgħuta mill-vettura ġiet iċċertifikata li qiegħda fil-periklu tal-mewt.

    Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

    Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha fuq il-każ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    6