Serata ta’ mużika fit-Tempji ta’ Ħal Tarxien

  • Ġun 04, 2019 14:24
  • Miktub minn iNews
"

    Nhar is-Sibt, 15 ta’ Ġunju, it-Tempji ta’ Ħal Tarxien li jiffurmaw parti mill-lista tal-Wirt Kulturali Dinji tal-UNESCO, se joffru l-isfond uniku tagħhom għal serata mużikali li qed tittella’ minn Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali (MPO). Permezz ta’ dan l-avveniment, Heritage Malta se tkun qed tissieħeb ma’ numru ta’ mużewijiet u siti kulturali madwar diversi bliet Ewropej bħala parti mill-European Archaeology Days li qed isiru bejn l-14 u s-16 ta’ Ġunju.

    Din is-serata se tippreżenta l-MPO String Quartet, li hu ffurmat minn membri kurrenti tal-orkestra. Il-programm se jinkludi siltiet popolari klassiċi minn ġeneri mużikali varji, kif ukoll numru ta’ arji operistiċi.

    Il-pubbliku se jkun jista’ jagħżel bejn il-preżentazzjoni tat-8.00pm waqt li tkun nieżla x-xemx, inkella fid-9.30pm biex jesperjenza l-mużika taħt sema kwiekeb. Se tiġi servuta tazza nbid waqt kull preżentazzjoni li għandha tul ta’ 40 minuta. Dawk li se jattendu huma mħeġġa li jkunu fil-post 15 il-minuta qabel tibda l-attività.

    Għal dan l-aħħar nofs seklu, l-MPO kienet l-orkestra prinċipali ta’ Malta. Bħala l-unika orkestra professjonali Maltija, l-MPO twassal aktar minn preżentazzjoni waħda kull ġimgħa, fosthom kunċerti sinfoniċi, produzzjonijiet operistiċi f’Malta u Għawdex, inizzjattivi edukattivi u fil-komunità, u anki kunċerti varji ta’ natura aktar leġġera.

    L-orkestra offriet spettakli f’diversi postijiet magħrufa madwar id-dinja, inkluż l-Amerka, ir-Russja, il-Ġermanja, l-Awstrija, iċ-Ċina, l-Italja u l-Belġju. Preżentament qiegħda wkoll tieħu sehem f’tour internazzjonali, mill-inqas darba kull staġun.

    Bħala vetrina prinċipali ta’ kompożituri Maltin, l-MPO hija wkoll responsabbli mit-taħriġ u l-iżvilupp professjonali tal-ġenerazzjonijiet futuri ta’ mużiċisti Maltin, permezz tal-Akkademja tagħha u anki l-Malta Youth Orchestra.

    Prezz: €15 kull persuna, €10 Membri ta’ Heritage Malta. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta jew online.

    Għal aktar informazzjoni, żur is-sit www.heritagemalta.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0