Il-militar tas-Sudan akkużat li aggredixxa lil nies ċivili

  • Ġun 04, 2019 12:37
  • Miktub minn iNews
"

    Il-forzi tas-sigurtà tas-Sudan wettqu attakk fuq id-dimostranti li kienu qegħdin jipprotestaw favur id-demokrazija quddiem il-kw­artieri ġenerali tal-arma­ta fil-kapitali tal-pajjiż Khartoum. 

    Persuni li kienu fuq il-post qalu li semgħu għadd ta’ tiri t’armi tan-nar filwaqt li l-ħaddiema mediċi qalu li minn tal-inqas tmien persuni tilfu ħajjithom. Is-Sudan, fil-preżent, qiegħed jiġi mmexxi mill-Kunsill Militari Tanżitorju (TMC). Dan kien ħa t-tmexxija tal-pajjiż wara li l-President Omar al-Bashir kien tneħħa mill-poter f’Ap­ril li għadda b’kolp ta’ stat. 

    Min-naħa tagħhom, l-uf­fiċjali tal-Kunsill ċaħdu l-allegazzjonijiet li huma użaw il-forza kontra d-dimostranti.

    F’kummenti li ta lill-mid­ja, il-Ġeneral Ghams al-Din Kabbashi qal li l-forzi tas-Sudan ma użawx il-forza biex ixerrdu lid-dimostranti li kie­nu miġbura iżda kkon­ċentraw fuq żona fil-qrib li kienet ta’ theddida għas-sigurtà taċ-ċittadini. 

    Id-dimostranti qegħdin jitolbu biex it-tmexxija tal-pajjiż tgħaddi f’idejn gvern ċivili. Dawn il-persuni ilhom jokkupaw iż-żona ta’ qud­diem il-kwartieri ġenerali tal-armata mis-6 ta’ April li għadda – ħamest ijiem qabel Bashir tneħħa mill-poter. Ix-xahar li għadda, l-organizzaturi u l-ġenerali tal-Ku­nsill ħabbru li huma qablu dwar l-istruttura tal-am­mi­nistrazzjoni l-ġdida kif ukoll dwar perjodu ta’ tliet snin li għandu jwassal għal tmexxija ċivili. 

    Iżda jidher li għadd trid issir deċiżjoni dwar minn min se jkun magħmul dan li qiegħed jissejjaħ bħala l-kunsill sovran, li se jkun l-ogranu li jieħu l-iktar deċiżjoni­jiet importanti waqt l-imsemmi il-perjodu ta’ tranż­izzjoni. 

    Jidher li dawn ma jistgħux jaqblu dwar jekk ikunx il-militar jew in-nies ċivili li jkollhom l-ikbar irwol fil-ku­nsill sovran.  

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0