Mhux l-ewwel darba li għamilha

  • Ġun 19, 2013 16:31
  • Miktub minn
"

    Ftit tal-ħin ilu ż-żagħżugħ li tard ilbieraħ bil-lejl ma waqafx għall-ordnijiet tal-Pulizija u li anke prova jgħaddi minn fuqhom, tressaq il-Qorti.

    Din ma kinitx l-ewwel esperjenza simili għal Sean Zammit li għandu 21 sena u li joqgħod Birkirkara. Iż-żagħżugħ kien arrestat wara ġirja bil-karozzi tal-Pulizija warajh. Zammit kien akkużat li saq vettura mingħajr assigurazzjoni, li saq mingħajr liċenzja u li kiser il-kundizzjonijiet ta' bail. Huwa kien akkużat ukoll li prova jweġġa' b'mod gravi Pulizija.

    Zammit wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u qed jinżamm fil-Faċilità Korretiva ta' Kordin. Il-pulizija kellhom jisparaw sparaturi ta' twissija lejn il-karozza ta' Zammit biex iwaqqfuh.

    F'Diċembru tal-2011, Zammit kien arrestat wara aċċident simili bħal tal-bieraħ. Hekk kif dak inhar ukoll irrifjuta li jieqaf meta mitlub jagħmel dan mill-Pulizija u anke f'dak il-każ il-Pulizija baqgħu jiġru warajah bil-karozza. Dak in-nhar Zammit kien laqat mara anzjana u żewġ pulizija hekk kif irriversja fuqhom.

    Aqra wkoll: Ipprova jsuq għal fuq żewġ Pulizija tal-Mobile

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    14