Għadna lanqas biss bdejna fejn tidħol integrazzjoni - ADITUS

  • Ġun 19, 2013 15:48
  • Miktub minn Victor Vella
"

    Id-dikjarazzjoni tal-Ministru tal-Intern, Manuel Mallia li l-integrazzjoni tal-immigranti Afrikani hi possibbli imma limitata minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna, xejn ma niżlet tajjeb ma' dawk li jaħdmu mill-qrib mal-immigranti.

    Dr. Neil Falzon, mill-Fondazzjoni ADITUS meta kkuntattjat minn inewsmalta.com biex jikkummenta dwar din id-dikjarazzjoni qalilna li din hi dikjarazzjoni mgħaġġla. “Għadna lanqas biss bdejna nippruvaw nintegraw lir-refuġjati u diġà qegħdin ngħidu li hi diffiċli,” kompla Falzon.

    Huwa sostna li huwa veru li aħna pajjiż żgħir, madankollu qal li bħala pajjiż għadna lanqas bdejna f'dik li hi integrazzjoni ta' refuġjati. “Lanqas għandna politika. Waqt li qed ngħidu li l-integrazzjoni hi limitata, qed ninsew li hawn ħafna immigranti minn pajjiżi oħra, li ilhom snin sħaħ f'pajjiżna u integraw. Naħseb li kienet dikjarazzjoni mgħaġġla,” jgħid Dr. Falzon.

    Il-Ministru Mallia, waqt li kien qed jieħu sehem f'seminar dwar il-proċeduri marbutin ma' dawk li jitolbu għal status ta' refuġjat u l-integrazzjoni, organizzat mill-Kummissarju għar-Refuġjati, qal li hemm spazju għall-integrazzjoni tal-immigranti imma s-suq tax-xogħol żgħir f'Malta u t-territorju żgħir, joħolqu limitazzjonijiet.

    Hu enfasizza li l-Gvern jixtieq li l-Unjoni Ewropea tagħmel aktar fejn tidħol ir-rilokazzjoni tal-immigranti. Intant minn statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika joħroġ li s-sena li għaddiet ġew f'Malta 27 dgħajsa li fuqhom kien hemm 1,890 immigrant irregolari. Dan hu t-tieni l-akbar numru ta' immigranti fl-aħħar 10 snin. Din iż-żieda hi ta' kważi 20 fil-mija aktar fuq in-numru ta' immigranti li ġew is-sena li għaddiet. Matul is-sena 2012, l-uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati ressaq 2,080 applikazzjoni ġdida għal protezzjoni internazzjonali li jfisser żieda ta' 10 fil-mija fuq is-sena ta' qabel.

    Jirriżulta li fl-2012 kien hemm 195 persuna li ma ngħatawx permess jidħlu f'Malta bl-ajru u aktar minn 27 fil-mija minnhom twaqqfu għax ir-raġunijiet biex jiġu Malta ma kinux ġustifikati. Kważi 26 fil-mija minnhom ma kellhomx mezzi biex isostnu ruħhom u 22 fil-mija ma kellhomx visa valida jew permess ta' residenza.

    Is-sena li għaddiet kien hemm 420 barrani li marru jibdew ħajja ġdida f'pajjiż ieħor - li jfisser żieda ta' 76 persuna fuq is-sena 2011. Kien hemm 39 persuna oħra li bbenefikaw minn programmi biex jirritornaw lejn pajjiżhom b'mod volontarju.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    29