Wara s-suċċess tagħhom fi New York, Seed Dance Studios se jtellgħu spettaklu f’Malta

  • Ġun 03, 2019 00:45
  • Miktub minn iNews
"

     

    Studenti minn waħda mill-iskejjel prominenti taż-żfin f’Malta, Seed Dance Studios, qed iħejju biex itellgħu avveniment uniku ta’ żfin, wara li taw spettaklu fi New York bħala parti mill-finali ta’ kompetizzjoni importanti taż-żfin.

    Immexxija mid-direttur artistiku tal-iskola, Marisha Bonnici, 14-il żeffien u żeffiena żgħażagħ minn Seed intgħażlu, permezz ta’ serje ta’ semifinali reġjonali madwar id-dinja kollha, biex jieħdu sehem fil-finali tal-Youth America Grand Prix (YAGP) fi New York, fejn tellgħu rappreżentazzjoni ta’ ‘In the Village’.

    Hekk kif għadhom kif għexu din l-esperjenza unika, l-istudenti minn #TeamSeed issa qed jippreparaw biex itellgħu spettaklu ġdid f’Sant’Agata, ir-Rabat, fit-22 ta’ Ġunju. F’rappreżentazzjoni ta’ siegħa, li se ssir flimkien ma’ ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet, l-istudenti se jagħtu wirja tal-ħiliet tagħhom fil-ballet klassiku, żfin kontemporanju, żfin Spanjol u sekwenzi ta’ street jazz. Fost l-artisti li se jieħdu sehem hemm studenti li se jiggradwaw mill-iskola u li issa se jgħaddu għal taħriġ vokazzjonali internazzjonali fuq bażi full-time. L-avveniment se jkun b’xejn, iżda huwa essenzjali li wieħed jibbukkja minn qabel.

    Filwaqt li se toffri opportunità lil studenti iżgħar biex jaspiraw li jilħqu s-suċċessi ta’ sħabhom gradwati ta’ Seed, din il-wirja għandha wkoll l-għan li tħeġġeġ lil dawk li qed jikkunsidraw li jattendu din l-iskola fis-sena skolastika li ġejja.

    L-iskola Seed Dance Studios għandha fi ħdanha studenta li hi Scholar Internazzjonali tar-Royal Ballet, li minnhom hawn biss għaxra fid-dinja. Ta’ min jgħid ukoll li bosta studenti minn din l-iskola kellhom suċċess f’awdizzjonijiet biex jieħdu sehem f’korsijiet intensivi tas-sajf u żjarat għal perjodi qosra fir-Royal Ballet School, Paris Opera, Princesse Grace Monaco, English National Ballet School, Rosella High Tower Cannes, American Ballet Theatre, Ballettchule Theatre Basel, Rambert School of Ballet and Contemporary, u Elmhurst Ballet School.

    L-ispettaklu u ċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet ta’ Seed Dance Studios se jittellgħu f’Sant’Agata, ir-Rabat, fis-6:00 ta’ filgħaxija fit-22 ta’ Ġunju. Iktar informazzjoni u dettalji dwar biljetti jinstabu fil-paġna ta’ Facebook ta’ Seed Dance Studios fuq www.facebook.com/pg/Seedancestudios/.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0