Anzjan Taljan ta' 96 sena iċempel lill-Pulizija dwar “emerġenza” … riedhom biss iżuruh biex jgħid kelma għax ħassu waħdu

  • Ġun 02, 2019 19:26
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Pulizija tal-belt Taljana ta’ Villa Castelli kellha tintervjeni f’każ insolitu wara li rċeviet telefonata mingħand anzjan li jien jinstema’ aġitat hekk kif beda jgħidilhom li ma setax joħroġ minn daru minħabba li kien hemm karozza li kienet qed timblokkalu l-bieb.

    Puglireporter irrapportat li l-pulizija semgħu lill-anzjan jibki u intervjenew minnufih, madankollu hekk kif waslu fuq il-post ma sabu l-ebda vettura timblokka l-aċċess tad-dar. Kien hawn li indunaw li l-anzjan ta’ 96 sena kien qed ibati minn solitudni u għaldaqstant ċempel lilhom biex ikunu jistgħu jżuruh.

    Jirriżulta li l-anzjan, li jgħix waħdu, ried jitkellem ma’ xi ħadd, u għaldaqstant ċempel lill-pulizija u vvinta skuża hekk kif kien jaf li dawn kienu se jmorru minnufih.

    Il-Pulizija stednuh jekk iridx joħroġ jara b’għajnejh li ma kien hemm l-ebda karozza li kienet qed timblokkalu l-aċċess tad-dar. U jidher li l-anzjan ħatafhom fil-kelma hekk kif kien ilu jiem sħaħ ma joħroġ minn daru minħabba nuqqas ta’ mobbiltà.

    F’passiġġata qasira tul it-triq, huwa rrakkonta lill-pulizija li akkumpanjah aspetti dwar ħajtu, fosthom dwar il-mewt ta’ martu, dwar uliedu li jinsabu jgħixu ’l bogħod għal raġunijiet ta’ xogħol, u kif hemm qraba oħrajn li qed jieħdu ħsiebu u ma jħalluh nieqes minn xejn.

    Il-pulizija min-naħa tiegħu wiegħdu li ta’ spiss kien se jara vettura tal-pulizija tieqaf quddiem daru, biex b’hekk ikollu ċans jgħid kelma magħhom. Ġest verament nobbli…

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0