GO bi qligħ ta' €69.5 miljun

  • Mej 29, 2019 11:27
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kumpanija GO għamlet qligħ ta' €69.5 miljun għas-sena finanzjarja li ntemmet fl-2018.

    Dan ifisser żieda ta' 6% fuq il-€65.6 miljun li għamlet fl-2017 għalkemm mill-qligħ ta' din is-sena jrid jitnaqqas l-imgħax u t-taxxa.

    Id-dħul tal-kumpanija matul is-sena li għaddiet laħaq il-€171.8 miljun meta fl-2017 kien ta' €166.3 miljun.

    Il-profitt operattiv tal-Grupp kien ta' €33.1 miljun, żieda ta' 12% fuq id-€29.5 miljun reġistrat fl-2017.

    Id-dividend rakkomandat kien ta' €0.14ċ għal kull sehem, żieda ta' 7.7% fuq l-2017.

    Iċ-Ċermen tal-GO, Mohamed Fadhel Kraiem, iddeskriva r-riżultat bħala konferma tal-impenn tal-kumpanija li jibqa' jkollha rwol ewlieni fit-tkabbir tal-ekonomija Maltija.

    Huwa semma kif matul l-aħħar 10 snin il-kumpanija investiet aktar minn €240 miljun u se tkompli tinvesti fl-aqwa teknoloġiji.

    Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Nikhil Patil semma kif il-GO għamlet investiment konsiderevoli fin-netwerks u l-impjegati u dan ħalla r-riżultati.

    Huwa żied li l-għan tagħhom huwa li jiżguraw sostenibilita fit-tul u rrefera għal kif il-kumpanija sussidjarja Ċiprijotta, Cablenet, tikkontribwixxi għal 19% tad-dħul tal-Grupp.

    Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali l-azzjonisti ngħataw informazzjoni dwar ir-riżultat finanzjarju miċ-Chief Financial Officer tal-kumpanija Reuben Zammit.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0