Tħassib serju dwar iż-żieda fl-anti-Semitiżmu fil-Ġermanja

  • Mej 27, 2019 14:40
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kummissarju tal-gvern Ġermaniż għal kontra l-anti-Semitiżmu ħeġġeġ lill-ko­munitajiet ta’ persuni Lhud li hemm jgħixu fil-pajjiż biex jevitaw milli jil­bsu l-kippa fil-pubbliku.

    Felix Klein wissa lil-Lhud biex joqogħdu attenti meta jilbsu l-kippa f’ċertu partijiet tal-pajjiż u dan hekk kif is-sentiment anti-Semitiku qiegħed jerġa’ jgħolli rasu f’ċertu partijiet tal-pajjiż.

    Klein qal li dan l-aħħar huwa kellu jbiddel il-mod ta’ kif jaħsibha u għalhekk meta kien qiegħed jitkellem mal-ġurnal Funke hu qal li ma jirrakkomandax li l-Lhud jilbsu l-Kippa kuljum u kulfejn ikunu fil-Ġermanja. 

    Statistika ppubblikata ri­ċentament turi li l-offiżi anti-Semitiċi żdiedu b’mod sostanzjali s-sena li għaddiet fil-Ġermanja. Figuri uffiċjali qed juru li matul l-2018 kien hemm 1,646 rapport dwar offiżi anti-Semitiċi, ċifra li hija ta’ 10% iktar fuq is-sena ta’ qabel. L-attakki fiżiċi kontra l-Lhud fil-Ġermanja żiedu wkoll f’dan l-istess perjodu, fejn b’kollox kienu ġew irrapportaw 62 każ vjolenti filwaqt li matul l-2017 kienu rrapportati 37 każ. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Ministru tal-Ġustizzja tal-Ġer­manja Katarina Barley meta kienet qiegħda titkellem mal-ġurnal Handelsb­latt qalet li dawn l-atti kriminali fil-konfront tal-Lhud iġibu mistħija lejn il-Ġermanja. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0