Salvini b'rebħa kbira fl-Italja... jgħid li se jkun qiegħed jaħdem biex flimkien ma' alleati oħra jsalva l-Ewropa

  • Mej 27, 2019 11:28
  • Miktub minn iNews
"

    Skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-partit Lega ta’ Matteo Salvini qabeż il-partit tal-Movimento 5 Stelle u lill-Partit Demokratiku f’rebħa kbira wara li kiseb madwar 30% tal-voti.

    Il-Partit Demokratiku jidher li hu t-tieni l-aktar partit li kiseb voti b’madwar 23% tal-voti u warajh il-Movimento 5 Stelle li kiseb 17% tal-voti.

    Fl-ewwel reazzjoni tiegħu Salvini, li jservi wkoll bħala wieħed miż-żewġ deputati tal-Prim Ministru qal li l-votanti afdaw lill-partit tiegħu “b’missjoni storika” u li l-UE se tkun mġegħla tinbidel. Huwa saħħaħ dan l-argument u qal li l-Italja mhux se tkun waħeda u li se jkun qiegħed jittama li jsib spalla minn alleati biex ikun jista’ jsalva l-Ewropa.

    Minkejja li se tkun diffiċli għalih biex jagħmel dawn it-tibdiliet li qiegħed isemmi fuq livell ewropew, dan ir-riżultat ipoġġih f'sitwazzjoni fejn il-possibilità li jsejjaħ elezzjoni bikrija hija waħda realistika u jaf ikun il-partit tiegħu li jkompli jikseb aktar fiduċja fil-pajjiż wara din ir-rebħa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0