Jemmnu li l-mewt tal-Prinċipessa Diana ma kienx inċident

  • Mej 25, 2019 14:58
  • Miktub minn iNews
"

    Koppja li assistiet għall-ħabta li swiet il-ħajja tal-Prinċipessa Diana qalet li l-mewt tagħha “ma kienx inċident”. Robin u Jack Firestone saħqu li huma għadhom jgħixu fil-biża’ wara li rrapurtaw li kienu raw żewġ karozzi skuri misterjużi fix-xena tal-inċident.

    Il-Prinċipessa Diana ta’ 36 sena, il-maħbub tagħha Dodi Fayed ta’ 42 sena u x-xufier tagħhom Henri Paul ta’ 41 sena mietu kollha kemm huma f’Pariġi fil-31 t’Awwissu 1997.

    Il-koppja kompliet tgħid li huma kienu fi triqithom lura lejn il-lukanda meta għaddew mill-mina Pont de’ l’Alma ftit minuti wara li seħħet il-ħabta. Huma raw żewġ vetturi pparkjati quddiem il-Mercedes S280, iżda kien l-għada filgħodu li rrealizzaw li dik kienet il-vettura tal-Prinċipessa Diana.

    Ġara iżda li meta marru biex jagħmlu rapport ma’ uffiċjal tal-Pulizija Franċiż, dan bla ma qagħad jogħmodha qalilhom li kellhom biżżejjed evidenza. Huma nħasdu b’din it-tweġiba ftit sigħat biss wara l-mewt waħda mill-aktar nisa famużi fid-dinja. Fl-1999 il-ħtija waqgħet fuq ix-xufier fejn ġie akkużat li jabbuża mid-droga u li kien qiegħed isuq b’veloċità eċċessiva.

    Il-koppja tenniet tgħid mal-ġurnali barranin li wara tant snin huma għadhom jgħixu fil-biża’. Dan għax huma kienu raw mod u ġew konvintib li seħħ mod ieħor.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0