''Nieħu ħsiebhom daqslikieku kienu t-tfal tiegħi''... Il-familja tal-Arka ta’ Noe tikber permezz ta’ Titanus

  • Mej 25, 2019 09:25
  • Miktub minn Brian Gatt
"

    “L-Arka ta’ Noe hija d-dar tiegħi u kull annimal li jitwieled hawn isir parti minni. Mill-iċken fellus sal-akbar tigra.” Hekk beda biex jgħidilna Anton dwar il-frieħ li jitwieldu fil-post tiegħu fis-Siġġiewi, dawk li hu jsejjaħ bħala “mirakli”.

    Dan tal-aħħar hu Titanus, Leopard il-ġmiel tiegħu li ħadd ma jemmen kemm attenzjoni kienet teħtieġ biex dan seta’ jsalva. Anton spjegalna li din kienet xi ħaġa ġdida fil-post tiegħu għax lill-omm u lill-missier kien ġabhom frieħ u meta l-omm waslet biex tixtri ma setax jafda.

    Anton spjegalna li dan il-wild għalih kien qisu tarbija għax id-dedikazzjoni tiegħu għal dawn l-annimali hija enormi. Titanus twieled fis-17 t’April u għamel l-ewwel xahar jixrob madwar 20 ml ta’ ħalib kull sagħtejn. Issa li beda jikber u jibda jieħu saħħtu Anton spjega ma' inewsmalta li fl-aħħar jiem dan l-ammont żdied għal bejn 60 ml u 80 ml maqsumin f’erba’ darbiet kuljum.

    Ritratti: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0