Raġel fil-periklu tal-mewt wara nirien f'residenza fl-Imsida

  • Mej 25, 2019 09:03
  • Miktub minn iNews
"

    Żagħżugħ ta’ 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li l-appartament li kien fih inħakem minn nirien fl-Imsida.

    Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-10 p.m f’residenza privata fi Triq Antonio Bosio, fl-Imsida.

    Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li żewġt irġiel, wieħed ta’ 26 sena mill-Kosta tal-Avorju u l-ieħor ta’ 24 sena mill-Mali, sofrew xi ġrieħi kkawżati minn ħruq u d-dħaħen.
    Fil-post ġew imsejħa l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu liż-żewġ persuni sakemm setgħu jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Aktar tard ir-raġel ta’ 24 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja filwaqt li r-raġel ta’ 26 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.

    Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr I. Farruġia LL.D li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistu.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0