Il-vulkan Mount Agung żbroffa u xerred irmied madwar il-gżira Indonesjana kollha tant li titjiriet minn u ’l barra mill-ajruport kellhom jiġu kkanċellati.
Il-vulkan f’Bali żbroffa fl-aħħar sigħat u dam madwar erba’ minuti u nofs b’rapporti jindikaw li l-lava li ħarġet minnu żżerżħet sa madwar tliet kilometri.
Id-Direttorat Ġenerali tat-Trasport fl-ajru kkonferma li erba’ titjiriet lejn Bali kienu devjati u ħames titjiriet li kellhom iħallu l-gżira ġew ikkanċellati minħabba l-ammont ta’ rmied vulkaniku li nxtered.
Minkejja dan ma kienx hemm sejħa għal evakwazzjoni immedjata peress li r-residenzi kienu f’żoni siguri.
Il-vulkan reġa’ sar attiv fl-2017 wara aktar minn ħamsin sena. Din hija t-tielet darba fi żmien xahar li l-vulkan xerred materjal vulkaniku biż-żewġ drabi l-oħra jkunu fit-12 ta’ Mejju u fit-18 ta’ Mejju.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.