Matul din il-ġimgħa mietu b’kollox ħames xabbaturi fuq il-Muntanja Everest. Jidher li l-kawża ta’ dawn l-imwiet kien l-ammont ta’ xabbaturi fuq il-muntanja, hekk kif dawn pruvaw jieħdu l-opportunità tat-temp tajjeb biex ikunu jistgħu jilħqu l-quċċata.
Tliet imwiet kienu rapportati lbieraħ, bi tnejn oħra rapportati nhar l-Erbgħa li għadda.
In-Nepal ħareġ numru kbir ta’ permessi għal xabbaturi biex ikunu jistgħu jitilgħu l-muntanja – 367 għal barranin u 14 għal nies tal-pajjiż. Dan huwa l-ogħla numru ta’ permessi li qatt inħarġu skont l-espert ta’ Evert, Alan Arnette.
It-tliet imwiet tal-bieraħ seħħew hekk kif ix-xabbaturi kienu neżlin mill-muntanja. Tnejn mill-vittmi kienu identifikati bħala xabbaturi Indjani – Nihal Bagwan u Kalpana Dash, bit-tielet vittma jkun xabbatur Żvizzeru identifikat biss bħala Ernst.
Qabel l-imwiet tal-bieraħ, kien hemm 12-il mewt li ġew ikkonfermati matul dan l-aħħar staġun.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.