Imut b'attakk tal-qalb abbord titjira mumenti biss wara li pprova jifga lil passiġġiera mara

  • Mej 24, 2019 19:00
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel Russu miet kaġun ta’ attakk tal-qalb waqt li kien fuq titjira mumenti biss wara li kien involut f’argument jaħraq u vjolenti fejn allegatament ipprova jifga passiġġiera mara.

    Rapporti jgħidu li l-passiġġieri abbord it-titjira kienu mbeżżgħin hekk kif ir-raġel ta’ 32 sena ħataf lill-mara minn għonqha. Huwa anke beda jhedded lill-bqija tal-passiġġieri wara li beda jgħidilhom li jekk jixtiequ jgħixu allura għandhom jgħollu idejhom u jibdew jgħajtu “Se mmutu, il-bdoti raqdu!”

    Madankollu wara li il-membri tal-ekwipaġġ, bl-għajnuna tal-passiġġieri, irnexxilhom jikkontrollaw u jorbtuh ma’ siġġu, huwa tah attakk tal-qalb u miet.

    Jidher li r-raġel attakka lill-passiġġiera mara ftit mumenti biss wara li l-ajruplan kien telaq mill-ajruport ta’ Moska.

    Rapporti fil-midja Russa jgħidu li tabiba li inzertat kienet abbord it-titjira rnexxilha tagħti l-ewwel għajnuna lir-raġel, madankollu huwa kien iċċertifikat mejjet mit-tim mediku li kien qed jistenna lill-ajruplan hekk kif dan reġa’ għamel l-inżul tiegħu fl-ajruport ta’ Domodddovo f’Moska.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0