San Pawl il-Baħar bl-akbar ammont ta' voti mhux miġburin… Ara kemm inġabru voti f'kull lokalità

  • Mej 24, 2019 17:36
  • Miktub minn iNews
"

    Mit-317,625 vot għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ma nġabrux 38,737, li jammontaw għal total ta’ 10.4%.

    Minn informazzjoni li għandna jidher li l-biċċa l-kbira tal-voti li ma nġabrux f’dawk il-lokalitajiet fejn hemm residenti diversi barranin. Fost oħrajn wieħed isib il-lokalità tal-Gżira li mill-5,755 vot disponibbli ma nġabrux 1,454 jew 25.3% tal-voti.

    Jispikkaw ukoll l-Imsida fejn mis-6,428 vot ma nġabrux 1,156 vot (18%); San Ġiljan fejn mis-7,036 vot ma nġabrux 1,848 vot (26.3%); u Tas-Sliemafejn mit-12,264 vot disponibblima nġabrux 3,063 (25%).

    L-aktar lokalità li rat l-akbar ammont ta’ voti li ma nġabrux hija dik ta’ San Pawl il-Baħar, fejn saħansitra l-ammont ta’ voti li ma nġabrux ammontaw għal kważi terz. F’din il-lokalità kien hemm 16,343 vot disponibbli, li minnhom ma nġabrux 5,238 vot li jammontaw għal 32.1% tal-voti kollha.

    F’dak li jikkonerna lill-gżira ta’ Għawdex, kien iż-Żebbuġ li ra l-akbar ammont ta’ voti li ma nġabrux, b’dawn jammontaw għal 548 vot mit-total ta’ 2,402. Dan ifisser li 22.8% tal-voti għal din il-lokalità baqgħu mhux miġburin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0